Українська бібліотека [1]

ПрикладРедагувати

«Заповіт» Т. Шевченка мальтійською мовою (переклав Кармель Малія)

Testment

    Meta ġewwa sidri jieqaf
    ħoss in-nifs aħħari,
    fis idfnuni ta' l-Ukrajna
    f'nofs il-ftuħ tax-xagħri,
    biex minn hemm nitgħaxxaq noqgħod
    bil-għoljiet, bl-egħlieqi,
    u biex nisma' x-xmara Dniper
    tgħajjat f'xatt għammieqi.

    Meta mewġ id-Dniper mgħaddba
    mill-Ukrajna jieħu
    l-aħħar qtar ta' demm l-egħdewwa
    li fil-blu jistrieħu,
    dak in-nhar lejn Alia tiegħi
    nitlaq minn dil-ħajja.
    Qabel dan jitwettaq, 'l Alla
    se nħallih warajja.

    Wara d-difna, qumu kissru
    l-ktajjen, mingħajr dnewwa.
    u 'll-ħelsien li tkunu ksibtu
    xarrbu b'demm l-egħdewwa.
    Wara, f'dil-familja ġdida,
    nitlob, ftakru fija;
    f'dal-ħelsien tinsewx turuni
    ħsieb ta' simpatija.

Джерело: Українська бібліотека



ПрикладРедагувати

«Заповіт» Т. Шевченка мальтійською мовою (переклав Кармель Малія)

Testment
Meta ġewwa sidri jieqaf
ħoss in-nifs aħħari,
fis idfnuni ta' l-Ukrajna
f'nofs il-ftuħ tax-xagħri,
biex minn hemm nitgħaxxaq noqgħod
bil-għoljiet, bl-egħlieqi,
u biex nisma' x-xmara Dniper
tgħajjat f'xatt għammieqi.
Meta mewġ id-Dniper mgħaddba
mill-Ukrajna jieħu
l-aħħar qtar ta' demm l-egħdewwa
li fil-blu jistrieħu,
dak in-nhar lejn Alia tiegħi
nitlaq minn dil-ħajja.
Qabel dan jitwettaq, 'l Alla
se nħallih warajja.
Wara d-difna, qumu kissru
l-ktajjen, mingħajr dnewwa.
u 'll-ħelsien li tkunu ksibtu
xarrbu b'demm l-egħdewwa.
Wara, f'dil-familja ġdida,
nitlob, ftakru fija;
f'dal-ħelsien tinsewx turuni
ħsieb ta' simpatija.

Джерело: Українська бібліотека

«Заповіт» Т. Шевченка мальтійською мовою (переклав Кармель Малія)


Джерело: Українська бібліотека